Ritratti tal-Kunsill

Id-Disa Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

8 ta’ Ġunju 2024

Mix-xellug għal-lemin: K. Borg (Segretarju Eżekuttiv), C. Cesare, T. Abela, Dr. K. Zammit, A. Ellul, R. Lanzon.

Id-Disa’ elezzjoni saret nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024 fejn ħarġu jivvutaw 59.6% tal-popolazzjoni w ikkontestaw seba’ kandidati. Ġew eletti l-Av. Kaylon Zammit, Adrian Ellul u Raymond Lanzon f’isem il-Partit Laburista u Therise Abela u Charles Cesare f’isem il-Partit Nazzjonalista. Il-Kunsilliera l-ġodda ħadu l-Ġurament tal-ħatra nhar it-Tlieta 25 ta’ Ġunju 2024 għal perjodu ta’ ħames snin u fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill li saret nhar it-Tnejn l-1 ta’ Lulju 2024, l-Av. Kaylon Zammit inħatar Sindku waqt li Adrian Ellul nħatar Viċi Sindku.

It-Tminn Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

25 ta’ Mejju 2019

Mix-xellug għal-lemin: K. Borg (Segretarju Eżekuttiv), O. Arab, Dr D. Hili, C. Cesare, R. Lanzon. D. Vella Brincat kienet indisposta.

It-Tminn elezzjoni saret nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2019 fejn ħarġu jivvutaw 62.6% tal-popolazzjoni w ikkontestaw tminn kandidati. Ġew eletti l-Av. Dean Hili, Omar Elaref Arab u Raymond Lanzon f’isem il-Partit Laburista u Desiree Vella Brincat u Charles Cesare f’isem il-Partit Nazzjonalista. Il-Kunsilliera l-ġodda ħadu l-Ġurament tal-ħatra nhar it-Tlieta 18 ta’ Ġunju 2019 għal perjodu ta’ ħames snin u fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill li saret nhar it-Tlieta 2 ta’ Lulju 2019, l-Av. Dean Hili nħatar Sindku waqt li Omar Elaref Arab inħatar Viċi Sindku.

Is-Seba’ Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

9 ta’ Marzu 2013

Mix-xellug għal-lemin: K. Borg (Segretarju Eżekuttiv), R. Lanzon, E. Vella Brincat, Dr D. Hili, M. Causon, C. Cesare)

Il-Seba’ elezzjoni saret nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu 2013 fejn ħarġu jivvutaw 89% tal-popolazzjoni w ikkontestaw tnax-il kandidat. Ġew eletti l-Avv. Dean Hili, Raymond Lanzon u Mark Causon f’isem il-Partit Laburista u Evelyn Vella Brincat u Charles Cesare f’isem il-Partit Nazzjonalista. Il-Kunsilliera l-ġodda ħadu l-Ġurament tal-ħatra nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu 2013 għal perjodu ta’ erba’ snin u fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill li saret nhar il-Ġimgħa 5 t’April 2008, l-Avv. Dean Hili nħatar Sindku waqt li Raymond Lanzon nħatar Viċi Sindku.

Désirée Vella Brincat ġiet co-opted fl-2018 wara t-telfa ta’ Evelyn Vella Brincat.

Is-Sitt Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

8 ta’ Marzu 2008

Mix-xellug għal-lemin: J. Zammit, A. Mazzitelli, L. Fava. E. Vella Brincat, J. Brincat, K. Borg (Segretarju Eżekuttiv)

Il-Sitt elezzjoni saret nhar is-Sibt 8 ta’ Marzu 2008 fejn ħarġu jivvutaw 89% tal-popolazzjoni w ikkontestaw tminn kandidati. Ġew eletti Joseph Żammit, Alfred Mazzitelli u Joseph Brincat f’isem il-Partit Laburista u Lauro Fava w Evelyn Vella Brincat f’isem il-Partit Nazzjonalista. Il-Kunsilliera l-ġodda ħadu l-Ġurament tal-ħatra nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2008 għal perjodu ta’ tlett snin u fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill li saret nhar l-Erbgħa 2 t’April 2008, Joseph Żammit nħatar Sindku waqt li Alfred Mazzitelli nħatar Viċi Sindku. Bl-emendi li saru fil-liġi, it-terminu ta’ żmien ġie mġedded b’sentejn oħra.

Ħames Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

12 ta’ Marzu 2005

Mix-xellug għal-lemin: E. Vella Brincat, A. Mazzitelli, R. Pace, R. Mizzi, J. Zammit, K. Borg (Segretarju Eżekuttiv).

Il-ħames elezzjoni saret is-Sibt 12 ta’ Marzu 2005 li fiha tefgħet il-vot tagħha 68% tal-popolazzjoni. Għaxar kandidati kkontestaw din l-elezzjoni u l-Kunsilliera eletti kienu Joe Zammit, Ray Mizzi u Alfred Mazzitelli għall-Malta Labour Party u Ray Pace u Evelyn Vella Brincat għall-Partit Nazzjonalista. Il-mandat tal-ħames Kunsill huwa ta’ tliet snin u Joe Zammit ġie elett Sindku u Ray Mizzi ġie elett Viċi Sindku.

Ir-Raba’ Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

9 ta’ Marzu 2002

Mix-xellug għal-lemin: R. Pace, C. Bezzina, J. Zammit, A. Mazzitelli, F. Galea, K. Borg (Segretarju Eżekuttiv).

Ir-raba’ elezzjoni saret is-Sibt 9 ta’ Marzu 2002 li fiha tefgħet il-vot tagħha 75% tal-popolazzjoni. Disa’ kandidati kkontestaw din l-elezzjoni u l-Kunsilliera eletti kienu Joe Zammit, Alfred Mazzitelli u Carmel Bezzina għall-Malta Labour Party u Ray Pace u Franco Galea għall-Partit Nazzjonalista. Il-mandat tar-raba’ Kunsill huwa ta’ tliet snin u Joe Zammit ġie elett Sindku u Carmel Bezzina ġie elett Viċi Sindku.

It-Tielet Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

13 ta’ Marzu 1999

Mix-xellug għal-lemin: P.J. Baldacchino, J. Zammit, R. Pace. C. Attard, P. Cordina, K. Borg (Segretarju Eżekuttiv).

It-tielet elezzjoni saret is-Sibt 13 ta’ Marzu 1999 li fiha tefgħet il-vot tagħha 68% tal-popolazzjoni. Din l-elezzjoni kkontestaw tnax-il kandidat u l-Kunsilliera eletti kienu Paul J. Baldacchino għall-Għaqda tar-Residenti ta’ Pembroke, Carmela Attard u Joe Zammit għall-Partit Laburista u Pierre Cordina u Ray Pace għall-Partit Nazzjonalista. Il-mandat tat-tielet Kunsill huwa ta’ tliet snin u Joe Zammit ġie elett Sindku. Carmela Attard ġiet eletta Viċi Sindku temporanja għal perjodu ta’ tliet xhur filwaqt li wara Paul J Baldacchino ġie elett Viċi Sindku għall-kumplament tal-mandat.

It-Tieni Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

9 ta’ Marzu 1996

Mix-xellug għal-lemin: G.V. Bilocca, R. Pace, G. Cauchi, P.J. Baldacchino, M. Genovese (Segretarju Eżekuttiv).

It-tieni elezzjoni saret is-Sibt 9 ta’ Marzu 1996 li fiha tefgħet il-vot tagħha 70% tal-popolazzjoni. Għall-elezzjoni ħarġu seba’ kandidati u l-Kunsilliera eletti kienu Paul J. Baldacchino, Gerald V. Bilocca, Gino Cauchi u Mark Fenech Laudi bħala kandidati Indipendenti u Ray Pace għall-Partit Nazzjonalista. Il-Kunsilliera l-ġodda ħadu l-Ġurament tal-ħatra nhar il-Ħamis 28 ta’ Marzu 1996 u l-mandat tal-Kunsill kien għal tliet snin. Gino Cauchi ġie elett Sindku.

L-Ewwel Leġiżlazzjoni – Data tal-Elezzjoni

19 ta’ Marzu 1994

Mix-xellug għal-lemin: A. Grima (Segretarju Eżekuttiv), R. Pace, M. Causon, J. Demicoli, J. Zammit, G.V. Bilocca.

Bis-saħħa tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali (1993) Pembroke kienet waħda minn sebgħa u sittin lokalità li kellha l-Kunsill Lokali tagħha. L-ewwel elezzjoni saret is-Sibt 19 ta’ Marzu 1994. Tnax-il kandidat ikkontestaw il-ħames siġġijiet disponibbli u 78.10% tal-popolazzjoni tefgħet il-vot tagħhom. Il-Kunsilliera eletti kienu Gerald V. Bilocca, Joseph Demicoli u Joseph Zammit bħala kandidati Indipendenti, Mark Causon għal Alternattiva Demokratika u Ray Pace għall-Partit Nazzjonalista. Il-membri tal-Kunsill ħadu l-ġurament tagħhom nhar it-Tlieta 5 ta’ April 1994 u l-mandat tal-Kunsill kien għal sentejn. Waqt l-ewwel Laqgħa tal-Kunsill li saret nhar l-Erbgħa 6 ta’ April 1994, Joseph Demicoli ġie elett bħala l-ewwel Sindku ta’ Pembroke.