Pembroke, l-aktar belt ġdida ta’ Malta, hija mdawra lejn it-Tramuntana mill-baħar Mediterran; il-belt Kostali ta’ San Ġiljan fix-Xlokk tagħha u ż-żoni residenzjali tas-Swieqi u Baħar ic-Cagħaq lejn in-Nofsinhar u l-Majjistral tagħha rispettivament. Għandha erja ta’ 2.3sq.km u tinsab 6km mill-Belt Valletta – il-belt kapitali, u 12km mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-popolazzjoni fil-31 ta’ Marzu 1999 kienet ta’ madwar 2650, 51.3% huma rġiel filwaqt li 48.7% huma nisa. Pembroke ingħata l-isem għat-12-il Konte ta’ Pembroke u Segretarju tal-Gwerra Brittaniku fl-1859.